Il-paġna tal-Facebook Malta National Poisons Centre għamlet appell ta’ x’għandek u x’m’għandekx tagħmel meta tniggżek brama.
“Laħlaħ bl-ilma baħar biss – tużax ilma ħelu,” huma avżaw. “Togħrokx iż-żona affettwata u tapplikax ħall – dan jista’ jiggrava s-sitwazzjoni!”
“Bil-mod neħħi t-tentakli li jibqgħu mal-ġilda b’pinzetta jew b’idejn bl-ingwanti (jekk tuża kard. Oqgħod attent li ma togħrokx it-tentakli mal-ġilda).”
“M’intix ċert x’għandek tagħmel? Ċemplilna fuq 1774. Nistgħu wkoll nagħtuk pariri speċifiku, jekk tidentifika l-ispeċi tal-brama.”
Facebook / Malta National Poisons Centre