Xeni Emottivi Fiċ-Ċirkewwa – Il-Komunità Ssellem Il-Memorja Ta’ Oliwia Wojnowska

Xeni ta’ emozzjoni u solidarjetà nġabru ġewwa ċ-Ċirkewwa iktar kmieni dalgħodu fejn il-membri tal-komunità poġġew bosta bukketti ta’ fjuri  b’tifkira tat-tfajla Pollakka Oliwia Wojnowska li fl-età ta’ 13-il sena  tilfet ħajjitha b’mod traġiku wara li nġarret mill-baħar aktar kmieni din il-ġimgħa.

Il-fjuri tqiegħdu ħdejn il-post fejn seħħ l-inċident, waqt ġest  silenzjuż iżda sinifikanti li juri r-rispett u n-niket ta’ dawk li ħassew il-bżonn jagħtu tislima lil ħajja li ħalliet din il-ħajja tant kmieni.

It-tfajla kienet qed tqatta’ ħin mal-familja tagħha meta l-mewġ qawwi ġarrha fil-baħar. Minkejja l-isforzi disperati biex tiġi salvata, hija tilfet ħajjitha, u ġisimha ġie rkuprat ftit jiem wara. L-aħbar ħasdet mhux biss lill-familja tagħha, iżda wkoll lill-komunità sħiħa, kemm f’Malta kif ukoll fil-Polonja.

Il-preżenza tal-fjuri fiċ-Ċirkewwa hija simbolu ta’ solidarjetà bejn il-komunitajiet u tfakkira ta’ kemm il-baħar, minkejja s-sbuħija tiegħu, jista’ jkun imprevedibbli u perikoluż.

Minn Gwida.mt nibagħtu l-kondoljanzi u t-talb tagħna lill-familja ta’ Oliwia, bit-tama li jsibu serħan fil-memorja tagħha u fl-appoġġ li wera l-poplu f’dawn il-jiem tant diffiċli. 







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI