Żewġ Rekord Ġodda Rappreżentati Minn The Malta Records Fuq Kollezzjoni Tal-Keychains

Il-paġna tal-Facebook ta’ The Malta Records ħabbret li se tippreżenta żewġ rekords nazzjonali ġodda tal-kollezzjoni ta’ George Mangion f’residenza f’Birkirkara.

“Rekord numru 1:

L-iktar ammont ta’ keychains li ġejjin minn pajjiżi differenti, inklużi pajjiżi li m’għadhomx jeżistu, b’total ta’ 206,” huma kitbu.

“Rekord numru 2:

L-ikbar kollezzjoni ta’ keychains differenti mdendlin mal-ħajt fuq display boards f’residenza waħda, b’total ta’ 20,851.”

“Dawn ir-rekords nazzjonali ġodda ġew imwaqqfa minn George Mangion fir-residenza li tinsab f’Birkirkara. Grazzi George talli ġentilment ilqajtna ġewwa darek u j’alla żżid mal-kollezzjoni vasta li għandek.”







Ritratti:

Facebook / The Malta Records

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI