“Dal-Lejl Ħalliena Missier Il-Kappillan, Ernest Micallef. Ernest Kien Animatur…” – Il-Parroċċa Ta’ San Pietru Fil-Ktajjen Birżebbuġa

Il-Parroċċa ta’ San Pietru Fil-Ktajjen Birżebbuġa ttella’ aħbar kerha dwar, missier il-Kappillan, Ernest Micallef, li sfortunatament ħalliena dal-lejl. Ernest kien janima l-quddies kif ukoll l-adorazzjoni li kienet isseħħ fl-ewwel ġimgħa ta’ kull xahar. Jagħtu wkoll ir-ringrazzjament tagħhom ta’ kemm ħadem biex kienet tingħata liturġija rikka.

“Dal-lejl ħalliena missier il-Kappillan, Ernest Micallef. Ernest kien animatur tal-quddies kif ukoll tal-adorazzjoni tal-Ewwel Ġimgħa tax-xahar. Nirringrazzjawh tas-sehem u l-ħidma tiegħu biex kellna liturġija sabiħa. Jalla l-Mulej jagħtih il-mistrieħ etern.

Inżommu lill-Kappillan u lill-familja Micallef fit-talb tagħna.”

Kondoljanzi lill-familja u qraba f’dan iż-żmien iebes ta’ telfa u niket.







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI