Mara esprimiet it-tħassib tagħha fuq il-midja soċjali wara li l-kelb tagħha Diesel kien għoddu ġie vvelenat għall-mewt wara li xi ħadd tefa’ xi galletti mħalltin mal-velenu blu fil-ġenb tat-triq.
“Waqt li kont miexja fix-Xewkija, b’xorti tajba rrealiżżajt li l-kelb tiegħi Diesel kien qed jiekol xi galletti mill-ġenb tat-triq imma rrealiżżajt li l-galletti kienu mħalltin ma’ xi velenu,” stqarret din il-mara.
Hi tisħaq li malli ndunat bil-velenu, kienet pronta waqfet lill-kelb tagħha milli jkompli jiekol iżda jidher li dan kien diġà beda jiekol il-velenu u għalhekk il-mara ħadet id-deċiżjoni li tieħdu fil-pront għand veterinarju.
“Il-veterinarju ħa ħsiebu u b’xorti tajba rnexxielu jsalva għaliex ma ħax ħafna mill-velenu, imma kieku ma ndunajtx kienet tkun storja differenti,” tistqarr il-mara b’diqa.
Fid-dawl ta’ dan, hi tappella lil oħrajn li bħalha għandhom il-klieb sabiex joqogħdu attenti li l-kelb tagħhom ma jiġix ivvelenat filwaqt li esprimiet id-diżappunt tagħha lejn persuni li jixħtu dan il-velenu fil-ġenb tat-triq.
Intom x’taħsbu?
Ritratti: Facebook / Jess Mercieca Morgan