“Ftit jiem biss wara li ħabbarna ftehim ma’ Nature Trust- FEE Malta biex issir riabilitazzjoni ta’ Chadwick Lakes, xi ħadd irresponsabbli u egoist mar jarmi l-ħmieġ li seta’ ntrema legalment post ieħor,” bdiet il-Ministru Miriam Dalli fuq il-midja soċjali.
“Grazzi lill-ħaddiema ta’ Parks Malta li ħadu azzjoni mal-ewwel u kmieni dalgħodu kienu f’Wied il-Qlejgħa jneħħu dan l-iskart. Fuq nota pożittiva sabu li xi skart kien inġabar u mitfugħ mal-ġenb.”
B’mod sod, hi appellat lin-nies:“Aħna qed nagħmlu ħilitna biex inżidu l-indafa fil-widien u spazji miftuħa imma hemm bżonn il-kooperazzjoni ta’ kulħadd. Għalfejn tħammeġ?”
X’inhu l-iskop tal-vandaliżmu, tal-ħmieġ, li nfarrku pajjiżna meta hemm ħaddieħor li qed jipprova jaħdem biex ikollna ħajja aħjar u aktar natura? Issa żgur ma fadalx skużi għaliex wieħed ma jirrispettax l-ambjent – li wara kollox mingħajru ma ngħixux.
Facebook/Miriam Dalli