Il-liberta tal-espressjoni hija fundamentali f’ pajjiż demokratiku u l-kummenti fuq il-mezzi soċjali naturalment huma mod faċli mmens ta’ kif wieħed jista’ jsemma leħnu. Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tiegħu fuq Facebook, Jeremy J Camilleri tkellem dwar dan, fejn riċentament kellu jirrapporta kumment partikolari.
Huwa beda billi qal, “jien meta nitkellem nistenna reazzjoni. F’ħajti qlajt kull forma ta’ tgħajjir u rari jaffetwawni jew iweġġgħuni. Ġilda ħoxna … drajt … u ġo qalbi naf li l-fehmiet tiegħi jurtaw ħafna nies. Ma ġara xejn … nemmen fil-liberta tal-espressjoni u saħansitra nemmen li anke li tinsulenta huwa dritt. Mhux problema! Min jafni jaf ukoll li ma niddejjaqx b’ min imerini … anzi … ħafna nies li nħobb ma jaqblu miegħi f’xejn … llum imma, iddeċidejt li naqta’ linja.”
Kompla billi qal li, “wara li tela clip tieghi fuq Tiktok ta’ xi ħaġa li għidt waqt Popolin, fost it-tgħajjir u insulti (mhux problema) xi ħadd kiteb li jixtieq li jien nispiċċa ġewwa wheelchair. Għalija dan mhux argument jew espressjoni libera, imma turija ta’ mibegħda u ħdura li iġġagħlni naħseb li nies hekk kapaċi jaslu biex jagħmlu ħsara iktar reali minn kumment fuq il-Facebook.
Qal ukoll li, “huwa għalhekk li llum, għadni kemm għamilt rapport lic-Cyber crime unit tal-The Malta Police Force … Jien il- parti tieghi għamiltha … u iva … kif għamilt tul ħajti kollha, lest li nieqaf ukoll lil dawn il bullies ta’ wara l-keyboard u nurihom li bil-mibgħeda u it-theddid, filwaqt li jwaqfu lill-ħafna milli jesprimu ħsiebijithom, lili m’huma ser jgħalquli ħalqi qatt.”
Facebook/ Jeremy J Camilleri