Il-kantanta lokali, Christabelle Borg qasmet mas-segwaċi tagħha kwotazzjoni b’messaġġ li jġiegħlek tirrifletti.
Xi kultant nassoċjaw il-kwiet mad-dgħufija. Fil-fatt meta niltaqgħu ma’ persuna kwieta jew ta’ ftit kliem, ma niħdux l-impressjoni li din tista’ turi sinjal ta’ qawwa. Iżda kemm hu minnu dan?
Il-kwotazzjoni ta’ Christabelle ma tiqafx hemm, iżda tkompli titkellem dwar kif jirreaġixxu persuni intelliġenti! It-tieni parti tal-kwotazzjoni tgħid li persuni li jilħqilhom moħħhom ma jippjanawx mossi kbar u javżaw lil kulħadd. Iżda jagħmlu l-pass li jmiss fis-skiet!
View this post on Instagram
Għalhekk din il-kwotazzjoni sservina biex nieqfu u naħsbu dwar kif nirreaġġixxu aħna. Iġġegħelna naħsbu kemm m’għandniex niġġudikaw lil persuni ta’ madwarna, dawk li forsi f’għajnejna narawhom kwieti jew strambi, mentri fil-verità l-pass il-kbir huma jkunu se jagħmluh!
F’isem Gwida.mt nixtiequ nirringrazzjaw lil Christabelle ta’ posts bħal dawn. Permezz ta’ messaġġi bħal dawn tinħoloq kuxjenza sabiex naħsbu qabel ma nirreaġixxu!
Instagram / @christabelleofficial