Xita Qawwija Mistennija Nhar Il-Ħadd – Ikompli T-Temp Favorit Ta' Bosta!

Il-paġna lokali Aġġornament tat-Temp qassmet li hemm possibbiltà għolja ta’ xita qawwija f’perjodi qosra ta’ ħin matul tmiem il-ġimgħa. Arja instabbli mistennija tifforma ħdejn il-Greċja, u tintensifika nhar is-Sibt, biċ-ċentru ta’ din l-arja instabbli toqrob pjuttost viċin il-Gżejjer Maltin il-Ħadd u t-Tnejn.





“Hemm possibbiltà għolja ta’ 60 fil-mija li l-ammont ta’ xita jkun responsabbli għall-medja għall-istaġun kollu ta’ Novembru. Dan minħabba li l-instabbiltà se tiġi f’kuntatt ma’ arja sħuna kkawżata minn irjieħ tax-Xlokk li se jaħkmu l-Mediterran nhar il-Ħadd,” qasmet l-istess paġna.



Din l-informazzjoni qed tingħata bħala twissija biex jiġu evitati postijiet fejn jinġabar ħafna ilma billi tista’ sseħħ xita qawwija f’perjodu qasir ta’ żmien. Mingħajr ma riedu jikkawżaw allarm, huma qasmu li din hija biss kelma ta’ kawtela minħabba li l-possibbiltà li dan iseħħ qed tiżdied aktar ma jgħaddi ż-żmien.

Flimkien ma’ din ix-xita qawwija, għandna nistennew ukoll maltempati bir-ragħad u ħalbiet iżolati mil-lum sat-Tlieta, allura tistgħu timmaġinaw jekk tkunu ħerġin tinsew iġġorru magħkom l-umbrella u dawk li jħossu l-frisk xi ġakketta bil-famuża barnuża.

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI