Lill-preżentatur Ivan Gaffiero kemm-il darba narawh jiddedika ħin għalih innifsu, minkejja l-ħajja impenjattiva li normalment ikollu. Ivan mill-esperjenzi tiegħu stess, jipprova joħroġ anke messaġġ jew parir għal ħaddieħor.
F’post riċenti li tefa’ ftit ilu, Ivan jesprimi apprezzament lejn is-serenità u fil-fatt ifakkarna kemm hu importanti li tħobb lilek innifsek. Jixħet ritratti tiegħu waqt pawsa ġewwa Għawdex.
“Xi ġmiel. Xi gżira sabiħa ta’ Għawdex. X’paċi tħoss fik meta tkun qed tħobb lilek inifsek,” jikteb Ivan. Bosta qablu miegħu fil-kummenti u anke awgurawlu mumenti mill-isbaħ.