"Zac Ried Ikun Captain America U Jien Għażilt Li Nkun Wonder Woman" – Morena Tispjega L-Għażla Wara Dan Il-Kostum

Il-kantanta lokali Morena, li rrappreżentat lil Malta fil-Eurovision Song Contest tal-2008 bil-kanzunetta Vodka, tista’ tgħid li waqfet mix-xena tal-kant. Hi kienet spejgat ir-raġuni wara dan fuq il-programm Ħadd Għalik.

Iżda kmieni dalgħodu qasmet ritratt tassew ħelu u bi ħsieb mill-isbaħ! Hi qasmet ritratt mat-tifel tagħha Zac, fejn Zac libes il-kostum ta’ Captain America u hi libsa bħala Wonder Woman. Morena qalet għaliex għażlet dan il-kostum.

“Din is-sena Zac ried ikun il-Captain America u jien għażilt li nkun Wonder Women f’ġieħ in-nisa kollha li matul din il-pandemija kellhom u għad iridu jlaħħqu mal-familja, ix-xogħol, l-iskola mid-dar u ħafna aktar, għax matul żminijiet diffiċli l-eroj ġewwa fina ġew żvelati!”





Facebook / Morena Camilleri



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI