“Żeppi Daqq Għal Snin Twal Mal-Banda Sant’Andrija … Baqa’ Jinteressa Ruħu Sakemm Saħħtu Baqgħet Tippermetti” – Għaqda Mużikali Sant’Andrija

Għaqda Mużikali Sant'Andrija sellmu l-memorja ta’ Joseph Calleja li bosta kienu jafuh bħala Żeppi, hekk kif ħalla din id-dinja riċentament.

Huma qalu, “L-Għaqda Mużikali Sant'Andrija tingħaqad fis-sogħba mal-familja ta' Joseph Calleja magħruf l-aktar bħala Żeppi, għat-telfa tiegħu. Żeppi daqq għal snin twal mal-Banda Sant'Andrija. Kien jinteressa ruħu f'kull ma kien iseħħ mill-Għaqda tagħna u baqa' jinteressa ruħu sakemm saħħtu baqgħet tippermetti.”

Żiedu, “L-aħħar tislima se ssir nhar is-Sibt 21 ta' Novembru b’quddiesa presentae cadavere fil-Knisja Arċipritali ta' Santa Marija il-Gudia fid-9.00am fejn wara se jkun akkumpanjat mill-Banda La Stella. Agħtih O Mulej il-Mistrieħ ta' Dejjem.”

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI