Priscilla Giordano Psaila Kaya tesprimi kemm hi kburija bl-istudentitagħha Julia Mifsud Tanti u Ellie Mifsud, li kisbu riżultati eċċellenti waqt li rrappreżentaw lil Malta f’Riga Symphony International Vocal Festival.
Julia rebħet l-ewwel post biż-żewġ wirjiet tagħha: Bravi u Don’t Rain On My Parade.
Ellie kisbet l-ewwel post bil-kanzunetti Somewhere Over the Rainbow. Kisbet anke t-tieni post bil-kanzunetta Journey to the Past.
Flimkien, kantaw ukoll dwett sabiħ tal-kanzunetta Fit-Tieġ tan-Neputija, u kisbu wkoll l-ewwel post.
Priscilla tikteb, “Intom it-tnejn tassew jistħoqqilkom dan is-suċċess, u jien onorata ħafna li jien parti mill-vjaġġ mużikali tagħkom. Grazzi mill-qalb lil ERSEB Productions għal din l-opportunità tal-għaġeb.”
Prosit Julia u Ellie!