“Għaddew Sentejn… Inħobbok!” – Il-Kantanta Francesca Zahra Sciberras Tiċċelebra L-Anniversarju

Illum, il-kantanta Francesca Zahra Sciberras flimkien ma’ żewġha Alfred qed jiċċelebraw it-tieni anniversarju tagħhom bħala koppja miżżewġa, sentejn minn meta qalu “iva” lil xulxin.

F’messaġġ li qasmet fuq il-midja soċjali, Francesca ftakret f’dik il-ġurnata tant speċjali u emozzjonanti, filwaqt li qasmet ukoll xi ritratti u memorji sbieħ miż-żwieġ tagħhom. “Għaddew sentejn… inħobbok,” kitbet il-kantanta, kliem li jkompli juri l-imħabba li għadha tgħaqqadhom sal-lum.



Awguri mill-qalb għal aktar snin ta’ mħabba, għożża u kuntentizza.





Ritratti:

Facebook / Francesca Zahra Sciberras

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI