AIDAN Jasal Vjenna Għall-Eurovision 2026 – Nawgurawlu Minn Qalbna!

AIDAN Malta

Id-delegazzjoni Maltija u AIDAN, ir-rappreżentant ta’ Malta, waslu uffiċjalment fi Vjenna biex jibdew l-aħħar fażi ta’ tħejjijiet għall-Eurovision Song Contest 2026.

Bil-provi, l-ippjanar tekniku, u l-laqgħat tal-produzzjoni issa għaddejja ġmielhom, id-delegazzjoni Maltija tinsab iffukata biex twassal dik li mistennija tkun waħda mill-aktar wirjiet ambizzjużi ta’ Malta fil-Eurovision s’issa.

L-ewwel prova skedata ta’ Malta fuq il-palk tal-Eurovision se ssir nhar it-Tlieta.

Lil hinn mill-iskeda tal-provi, il-jiem li ġejjin huma ddedikati għal itinerarju impenjattiv ta’ intervisti mal-midja u diversi wirjiet madwar il-belt ospitanti biex jinbena l-momentum qabel ix-xandiriet diretti fit-12, 14 u 16 ta’ Mejju

Din il-wasla sseħħ immedjatament wara ċelebrazzjoni kbira fil-Belt Valletta. Nhar il-Ġimgħa li għadda, AIDAN interpreta l-kanzunetta Bella waqt il-Festival Internazzjonali tan-Nar ta’ Malta.

Il-prestazzjoni saret taħt wirja sinkronizzata ta’ logħob tan-nar, li uriet is-sbuħija ta’ Malta u l-Belt Valletta. Serviet ukoll bħala l-aħħar dehra pubblika t’Aidan f’Malta qabel it-tluq lejn l-Awstrija.

Malta se tkun qed tkanta fl-14-il post waqt it-tieni semi-finali fl-14 ta’ Mejju.

Għal din is-70 edizzjoni storika tal-Eurovision Song Contest, il-votazzjoni se terġa’ tkun maqsuma 50% bejn il-ġurija professjonali u 50% bit-televoting għas-serati kollha.

Dan se jagħti l-opportunità lil kull Malti li jinsab barra minn Malta biex jappoġġja l-kanzunetta Maltija u jivvota għal Malta waqt ix-xandira diretta.







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI