Żafżifa – Film Malti Reali Li Nistgħu Nirrelataw Miegħu B’Xeni Li Narawhom Fil-Ħajja Ta’ Kuljum

Zafzifa

Gwida.mt segwiet il-film Malti Żafżifa, imżewwaq b’atturi kemm rinomati u kemm oħrajn li forsi rajniehom inqas fix-xena lokali.

L-ewwel ħaġa li tinduna minnufih meta jibda l-filmat huwa kemm hu riflessjoni ċara tal-ħajja ta kuljum. Il-ħajja mgħaġġla fl-isfond L-atmosfera fit-toroq Maltin

Is-sitwazzjonijiet li jseħħu, tista’ tgħid li huma familjari, u nilmħuhom kuljum, bħal nies jitkellmu b’vuċi għolja jew bil-vetturi għaddejjin minn moment għall-ieħor.

L-atturi huma naturali u awtentiċi immens hekk kif anke l-lingwaġġ ma jinħasx scripted, iżda realissimu. Kultant tisma’ lingwaġġ dirett u espliċitu, mingħajr kantunieri, li jitrasmetti l-emozzjonijiet u r-reazzjonijiet immedjatament.

Meta ngħidu li tinħass is-sitwazzjoni tar-realtà t’hemm barra, nirreferu għal; bosta barranin li ġew jaħdmu f’Malta, kważi kważi dawn l-istess persuni qed jitghallmu l-Malti, rimi bl-addoċċ ta’ skart, kazijiet ta’ qtil (waqt li jkunu fuq xoghlhom).

Il-mod kif inġibed il-filmat iwassal biex l-udjenza tħossha qiegħda fuq il-post hemm stess, issegwi dak li qed jiġri.

Xeni li nġibdu tant mill-viċin li nistgħu naraw l-emozzjonijiet reali ċari daqs il-kristall. Anke s-sound huwa ċar immens, bid-diskors tal-karattri jinftiehem perfettament.

F’ċerti mumenti naraw anke element ta’ nostalġija, u anke tfakkira ta’ mumenti partikolari li għadda minnhom (jew għadu ser jgħaddi minnhom) il-protagonist.

Naraw l-element Malti, fejn naraw tradizzjonijiet Maltin u anke affarijiet li aħna mdorrijin bihom. Fl-istess ħin hemm anke element universali, li jirrelata magħhom kulħadd.

Dan il-film minflok jurina veduti turistiċi, naraw ambjent aktar veru u mhux ippreparat — li jagħti sens ta’ awtentiċità lill-istorja.

Dan jagħmel Żafżifa mhux biss film, imma wkoll riflessjoni fuq il-pajjiż u n-nies tiegħu. Produzzjoni li tħallik taħseb.

Żafżifa jagħti ċans lil dak li jkun jidħol aktar fil-fond u jinterpreta l-istorja bil-mod tiegħu. Prosit minn qalbna lill-kast u l-kru kollu!







Ritratti:

Facebook/ żafżifafilm

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI