Kate: Writing My Story qasmet mument emozzjonanti mas-segwaċi tagħha hekk kif talbet għat-talb tagħhom għal missierha, li illum se jgħaddi minn operazzjoni.
Permezz ta’ messaġġ qasir iżda mimli emozzjoni fuq il-midja soċjali, hi kitbet, “Illum, missieri se jkun qed jgħaddi minn operazzjoni. Jekk jogħġobkom żommuh fil-ħsibijiet u fit-talb tagħkom. Grazzi.”
Diversi persuni minnufih bagħtu messaġġi ta’ kuraġġ, filwaqt li wegħdu li se jkunu qed iżommuh fit-talb tagħhom matul dan il-mument għall-familja.
Aħna wkoll ningħaqdu f’dan l-appell sabiex kollox imur tajjeb waqt l-operazzjoni u nawgurawlu fejqan ta’ malajr, saħħa tajba u rkupru mill-aqwa fil-jiem li ġejjin.
Facebook / Kate: Writing My Story