Il-content creator lokali popolari Chaz Psaila qasam filmat u messaġġ mill-qalb fuq il-midja soċjali dedikat lil Eric — wieħed mill-uċuħ maħbuba li llum jifforma parti mit-trio tagħhom u li bosta segwaċi jiftakruh fuq it-televiżjoni snin ilu, Bħala Gwido Ta' SIMPATIĊI.
Chaz irrakkonta kif iltaqgħu f'Għawdex wara li Eric irtira mix-xogħol u mill-ewwel qabdu ma' xulxin, minkejja li spiss ma jaqblux u jiġġieldu b'mod ħelu fuq l-ideat tagħhom. Madankollu, huwa spjega li kull filgħodu jċemplu lil xulxin biex jaraw jekk humiex sew, u ddeskriva lil Eric bħala ħuh il-kbir li dejjem jieħu ħsiebu.
Fil-kitba tiegħu, Chaz faħħar il-qalb kbira ta' Eric, fejn stqarr li kull fejn imorru jiltaqgħu ma' nies li jirringrazzjawh tal-għajnuna li tahom fl-isptar jew f'mumenti diffiċli oħra matul ħajtu. Huwa rringrazzjah tal-paċenzja u tal-ħbiberija ġenwina tiegħu, filwaqt li enfasizza li mingħajru ma kinux ikunu t-trio li huma llum.
Facebook/Chaz Psaila