L-attivista favur il-ħarsien tal-annimali Christa Cilia qasmet aġġornament dwar il-kundizzjoni taċ-ċkejken ta’ madwar sitt xhur li jinsab taħt il-kura tagħha u li għaddej minn battalja diffiċli għal ħajtu.
Fuq il-midja soċjali, Christa spjegat li dan il-ġeru, li qabel kien ġie adottat iżda wara ġie abbandunat, wasal għandha f’kundizzjoni ħażina ħafna.
Fi żmien 24 siegħa minn meta ħaditu taħt il-ħarsien tagħha, beda juri sintomi newroloġiċi serji li setgħu kienu ta’ periklu għal ħajtu.
"Kellu diversi visti għand il-veterinarju, u l-aħħar episodju gravi fejn kelli mmur niġri bih lejn il-klinika tal-emerġenza matul il-lejl. Verament ħsibt li kont se nitilfu... Wara aktar testijiet bl-ultrasound, qed niffaċċjaw każ suspettat ta’ shunt tal-fwied konġenitali extraepatiku — kundizzjoni rari fil-klieb."
Christa spjegat li minkejja li dieta speċjali għenet biex tikkontrolla s-sintomi tiegħu, din ma tistax tneħħi l-problema. Hekk kif il-ġeru reġa’ beda juri sinjali ta’ konfużjoni, ittieħdet id-deċiżjoni li jsiru aktar eżamijiet fi Sqallija, peress li l-operazzjoni meħtieġa ma ssirx f’Malta.
Nittamaw li jirkupra malajr. Tassew ammirevoli immens l-ħidma ma tieqaf qatt tiegħek, Christa!
Facebook/ Christa Cilia