Josie Vella, missier il-mibki Jake Vella, qasam mument speċjali għalih u għal martu Mariska waqt il-konferenza tal-Malta Triathlon Federation.
"Illum kien unur għalina li nkunu mistiedna biex niftħu l-konferenza tal-Malta Triathlon Federation. Unur saħansitra ikbar kien li din il-federazzjoni għażlet li tagħmel dan fiċ-Ċentru Jake Vella – Ċentru tal-Volontarjat."
Għalihom dan kien mument sabiħ u sinifikanti immens, u f'dawn il-mumenti huma qasmu anke memorji ta’ Jake, li hu wkoll kien għamel parti minn din il-federazzjoni.
"Niftakru fil-passjoni u l-impenn tiegħu lejn l isport. Grazzi tal-fiduċja u tal-ġest sabiħ li permezz tiegħu komplejna nżommu ħaj il-memorja ta’ Jake."
Prosit Josie u Mariska!
Facebook/ Jake Vella