“10 Punti Dalgħodu Jmorru Għal Din Il-Persuna Fl-Isfond Li Qed Tgħum F’Jannar!” – Kevin Borg

Waqt il-ġirja ta’ filgħodu, l-kantant Kevin Borg ra xena li żgur ma kienx qiegħed jistenna f’din il-kesħa, speċjalment b’ħalbiet tax-xita mistennija.

“Bongu lil kulħadd,” hu kiteb. “Għadni kif spiċċajt minn ġirja ta’ filgħodu imma l-10 punti tiegħi dalgħodu jmorru għal din il-persuna fl-isfond li qed tgħum f’Jannar. Bilfors li kiesaħ silġ il-baħar bħalissa.”

Ġieli mort tgħum f’Jannar?







Ritratti:

Facebook / Kevin Borg

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI