10 Snin Ilu Eżatt Bdiet Tixxandar L-Istorja Ta' Strada Stretta!

It-tim ta' Sharp Shoot Media qed jiċċelebra 10 snin ta’ Strada Stretta! Bħal-lum eżatt kien beda jixxandar għall-ewwel darba.

"Fl-2015 Sharp Shoot Media bdiet tipproduċi s-sensiela televiżiva tagħha stess Strada Stretta fuq TVM, (storja maħluqa u miktuba minn Audrey Brincat Dalli; direzzjoni ta' Justin Farrugia u Steven Dalli); saret sensazzjoni nazzjonali u laħqet l-ogħla numru ta’ telespettaturi f’Malta, skont l-Awtorità tax-Xandir ta’ Malta."

It-tim ikompli, "Strada Stretta rebaħ rekord ta’ 8 premjijiet fil-Malta TV Awards tal-2017; inkluż l-Aħjar Drama, l-Aħjar Direzzjoni, il-Premju tal-Għażla tan-Nies – L-Aħjar Programm tat-TV, l-Aħjar Editing, l-Aħjar Kitba ta’ Skript, l-Aħjar Attur Maskili, l-Aħjar Attur Maskili Sekondarju u l-Aħjar Attriċi Mara Sekondarja."

Kontu ssegwuh? 

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI