Cristina Bellizzi hija l-ewwel Maltija li 11-il sena ilu kienet għamlet l-operazzjoni tal-bdil tal-ġeneru tagħha ġewwa t-Tajlandja. Hi se tkun qed tiċċelebra dan l-anniversarju fl-14 ta’ Novembru.
Għalkemm dan il-vjaġġ ma kien faċli xejn, kemm għaliha kif ukoll għall-familjari tagħha, illum il-ġurnata Cristina tinsab grata ħafna. Fuq il-midja soċjali hi kitbet: “Jien grata ħafna għall-ħajja, l-opportunitajiet u l-barkiet! Grazzi Mulej għal dawn il-11-il sena mill-isbaħ.”
It-tim ta’ Gwida.mt jixtieq jawgura lil Cristina għal dan l-anniversarju tant speċjali għaliha. Verament nammiraw il-kuraġġ tiegħek!
Facebook/Cristina Bellizzi