Brandon ta’ 38 sena jirrakkonta kif 11-il xahar wara li żżewweġ u proprju xahrejn wara li sar missier, kellu inċident id-dar li wasslu sabiex jispiċċa pparalizzat.
Minħabba f’hekk, Brandon qed ikollu jgħix ħajtu fuq siġġu tar-roti.
“Dan l-aħħar ġiet skoperta terapija li verament tista’ tgħin lil Brandon iżda din it-terapija tiswa madwar €300,000,” spjega t-tim ta’ Popolin li tkellem ma’ Brandon innifsu.
Brandon mistenni jkompli jitkellem dwar l-istorja tiegħu f’iżjed dettall proprju għada waqt Popolin fuq TVM fid-21:15.
Kuraġġ, Brandon!
Facebook / Popolin