116-il Sena Mit-Twelid Ta’ Madre Tereża Li Ddedikat Ħajjitha Biex Tgħin Lill-Batut

Madre Tereża

Eżattament bħal-lum 116-il sena ilu, fis-26 t'Awwissu tal-1910, twieldet Madre Tereża li hija magħrufa għall-ġid li għamlet tul ħajjitha ma' dawk l-iżjed fil-bżonn.

Meta kien għad kellha biss 18-il sena hi kienet ingħaqdet ma' grupp ta' sorijiet fl-Irlanda u sena wara kienet marret l-Indja fejn hemmhekk bdiet tgħallem xi tfal.

Fl-Indja kellha l-opportunità li żżur xi rħula u villaġġi fejn kien jiddomina l-faqar. Dawn l-esperjenzi wasluha sabiex tifhem ftit it-tbatija ta' dawn il-persuni li tant kienu fil-bżonn u kien għalhekk li ddeċidiet li tmur tgħix fosthom.

Fl-1979 hi wkoll ingħatat il-Premju Nobel għall-Paċi b'rikonoxximent għall-ħidma tagħha meta nediet fondazzjoni reliġjuża flimkien ma' 11-il soru oħra bil-għan aħħari li tingħata l-għajnuna lil dawk l-iżjed fil-bżonn.

Matul is-snin din il-fondazzjoni kibret fuq skala internazzjonali hekk kif bdew jiffurmaw parti minnhom eluf ta' sorijiet u voluntiera li wasslu sabiex jiġu stabbiliti skejjel u orfanatrofji f'130 pajjiż differenti.

Nhar il-5 ta' Settembru tal-1997 Madre Tereża ħalliet din id-dinja.

Ritratti:

Facebook/ Mother Teresa

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI