Phylisienne Brincat qasmet messaġġ mill-qalb fl-okkażjoni ta’ għeluq it-83 sena ta’ Lorraine, mara li, minkejja li mhix ommha bijoloġika, saret figura ta’ omm importanti ħafna f’ħajjitha.
It-tnejn iltaqgħu permezz ta’ servizz tal-knisja f’Malta u minn hemm bdiet rabta speċjali. Lorraine fetħet qalbha u darha għal Phylisienne u l-familja tagħha, tant li bintha wkoll bdiet issejħilha "nanna".
Phylisienne fakkret ukoll mument li għadu għal qalbha sal-lum. Qabel mietet ommha, din qabdet id Phylisienne u id Lorraine, għaqqdithom flimkien u qaltilha li setgħet titlaq moħħha mistrieħ għax kienet taf li bintha kienet se tkun f’idejn tajbin "U kellha raġun," kitbet Phylisienne, filwaqt li ddeskriviet lil Lorraine bħala barka, faraġ, oħt u omm għaliha.
Għalkemm Lorraine tgħix l-Ingilterra u ma jarawx lil xulxin kemm jixtiequ, ir-rabta tagħhom baqgħet b’saħħitha. Phylisienne temmet billi rringrazzjat lil Alla talli laqqagħhom flimkien u awgurat lil "Mommy Lorraine" f’għeluq it-83 sena tagħha.
Facebook / Phylisienne Brincat