L-attur komiku, kittieb, u xandar Charles Clews ħalla din id-dinja 12 -il sena ilu fis-sena 2009.
Charles Clews ferraħ ħafna nies bl-atti tiegħu, anke meta l-Maltin kienu l-aktar fil-bżonn li titnisslilhom tbissima, bħall fit-Tieni Gwerra Dinjija permezz ta’ ‘Radju Musketteriji’. Huwa wkoll ħareġ b’waħda mill-aktar recti famużi ‘Karmena Abdilla’, li għadha tiġi mtella’ fit-teatri f’Malta sal-lum.
Il-fama ta’ Charles u x-xogħlijiet tiegħu ma kinux biss f’pajjiżna għax hu kien ukoll mar iferraħ lin-nies fl-Awstralja flimkien ma’ sieħbu Johnny Navarro. Hu ħadem ma’ diversi atturi oħrajn Maltin li jiffurmaw parti mill-istorja tax-xandir Malti, bħal Gemma Portelli u Vitorin Galea.
Aħna ta’ Gwida.mt nsellmu l-memorja ta’ Charles Clews.
Ritratt: Facebook / Bijografiji