Mat-tim ta’ Popolin tkellem Kaydon; żagħżugħ ta’ 14-il sena li għandu passjoni kbira lejn l-inġenji. Kaydon jistqarr li din il-passjoni nibtet fih meta kien għadu tifel żgħir u kien iqatta’ sigħat twal josserva u jitgħallem mingħand iz-ziju t’ommu.
Iż-żagħżugħ isemmi li llum il-ġurnata l-hena tiegħu li jsib xi mutur tal-ħart ma jaħdimx u jirnexxielu. Ifisser kif il-qofol tal-passjoni tiegħu tintlaħaq proprju fil-mument meta dan jerġa’ jibda jaħdem bis-saħħa tiegħu.
Kaydon itemm l-intervista billi jħeġġeġ lil kulħadd sabiex jipprova din il-passjoni li hu jsemmi tant hija waħda sabiħa li meta wieħed jibdiha ma jkollu l-ebda interess li jwaqqafha.
Facebook / Popolin