“12-il sena miżżewġin illum — u għadna għaddejjin tajjeb ħafna! Mill-beats u l-clubs għall-istejjer ta’ qabel l-irqad u ġiri għall-iskola — x’vjaġġ dak! Bnejna ħajja mimlija mħabba, storbju, daħk u żewġ kreaturi żgħar mill-aqwa li issa jmexxu huma! Ngħiduha kif inhi: xejn ma hu isbaħ minn ħin ta’ kwalità mal-familja, anke jekk ikun ifisser li nkunu kollha mgħaffġin fuq is-sufan nieklu tnaqqir.”
Il-kelma prosit ma hiex biżżejjed għaliex kulħadd jaf kemm relazzjoni tirrikjedi ħidma u sagrifiċċju. Nawguralkom aktar snin ta’ mħabba, kuraġġ u memorji sbieħ ma’ xulxin u mal-familja sabiħa tagħkom. Ħajjitkom flimkien hija ta’ ispirazzjoni vera!