"12 Ta' Marzu 2003 Kienet Ġurnata Li Ma Ninsew Qatt Sirna Ġenituri Għall-Ewwel Darba." – Omm U Missier Il-Kantanta U Attriċi Alexia Micallef

Omm u missier il-kantanta u attriċi lokali Alexia Micallef tawguralha l-isbaħ xewqat f’għeluq sninha. Huma jiktbu, “12 ta’ Marzu 2003 kienet ġurnata li ma ninsew qatt – sirna ġenituri għall-ewwel darba.”

Huma jżidu, “Mill-bidu nett, urejt imħabba kbira lejn il-kant u t-teatru. Ħdimt u qatt ma qtajt qalbek, u issa sibt saqajk ukoll fid-dinja tax-xogħol fuq it-teatru u l-kant. Se nibqgħu dejjem hemm għalik. Ibqa’ dak li int u qatt tieqaf temmen fik innifsek.”

Il-ġenituri tagħha jżidu, “Il-Bambin żejnek b’ħafna talenti sbieħ. Awguri llum f’għeluq sninek u għal aktar suċċessi! Inħobbuk bla qies, ommok u missierek.”

F’isem it-tim ta’ Gwida, nawgurawlha l-isbaħ xewqat u nittamaw li jkollha jum mimli b’dak kollu li tixtieq qalbha. Nittamaw li jkollha wkoll sena mimlija saħħa, paċi u hena f’qalbha, filwaqt li jkollha ċ-ċans ta’ aktar avventuri ġodda.







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI