Deandra Agius qed tiċċelebra okkażjoni speċjali flimkien ma’ żewġha hekk kif il-koppja għalqet 14-il sena miżżewġa. B’messaġġ ħelu u b’daqsxejn umoriżmu, Deandra kitbet, "14-il sena ilu, għamilt l-aqwa deċiżjoni ta’ ħajtek… iżżewwiġt lili!"
Hi kompliet tirrifletti fuq il-vjaġġ li qasmu flimkien matul dawn is-snin, vjaġġ li bħal kull relazzjoni kellu l-mumenti sbieħ tiegħu kif ukoll dawk aktar diffiċli. Flimkien daħku, argumentaw, siefru, għexu diversi avventuri u, fuq kollox, bnew familja sabiħa. Deandra rringrazzjat ukoll lil żewġha talli dejjem kien hemm għaliha, partikolarment fil-mumenti meta l-aktar kellha bżonnu.
"Matul dan kollu, dejjem kont hemm għalija, speċjalment meta l-aktar kelli bżonnok. L-anniversarju t-tajjeb lilna," temmet tikteb. Nawguraw lil Deandra u lil żewġha l-isbaħ xewqat f’dan l-anniversarju u aktar snin mimlija mħabba, avventuri u memorji sbieħ flimkien!
Facebook / Deandra Agius