“Grazzi Tal-Paċenzja” – Is-Segretarju Parlamentari Deo DeBattista Jiċċelebra L-Anniversarju Ma’ Martu

Is-Segretarju Parlamentari responsabbli mill-Anzjanità Attiva, Deo Debattista, illum qasam mument mill-isbaħ flimkien mas-segwaċi tiegħu hekk kif qed jiċċelebra 36 sena ta’ żwieġ ma’ martu. Għal din l-okkażjoni speċjali, Debattista qasam ritratt tagħhom flimkien u għażel messaġġ qasir iżda ħelu, b’daqsxejn umoriżmu.

"Grazzi tal-paċenzja. 36 sena," kiteb hu, f’dedikazzjoni lil martu wara aktar minn tliet deċennji ta’ ħajja flimkien. Nawguraw lil Deo u lil martu l-isbaħ xewqat f’dan l-anniversarju speċjali u aktar snin sbieħ flimkien! Matul dawn is-36 sena, il-koppja qasmet flimkien bosta mumenti u esperjenzi, u dan ir-ritratt huwa tifkira oħra sabiħa tal-vjaġġ li komplew jibnu flimkien.

Awguri mill-qalb, għal-lum u għal ġejjien!

Ritratti:

Facebook / Deo DeBattista

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI