“Daħal Fi Ħdan Il-Missier” – Tħabbret Il-Mewt Ta’ Patri Leonard Falzon OFMCap Mill-Kapuċċini

Il-Kapuċċini ħabbru b’diqa l-mewt ta’ Patri Leonard Falzon OFMCap, hekk kif sellmu l-memorja tiegħu permezz ta’ messaġġ fuq il-mezzi soċjali. "B’dispjaċir ħuna Patri Leonard Falzon OFMCap daħal fi ħdan il-Missier," kitbu l-Kapuċċini fit-tħabbira tagħhom.

Huma appellaw ukoll għat-talb għal Patri Leonard sabiex il-Mulej jilqgħu fi ħdanu. "Nitolbu għal dan ħuna, biex il-Mulej jilqgħu fi ħdanu," komplew jgħidu. Id-dettalji marbuta mal-funeral ta’ Patri Leonard Falzon mistennija jitħabbru aktar tard.

F’dan il-mument ta’ niket, ningħaqdu mal-komunità tal-Kapuċċini u ma’ dawk kollha li kienu jafu u jgħożżu lil Patri Leonard. Kondoljanzi lill-familjari, ħutu l-patrijiet u l-għeżież kollha tiegħu.

Strieħ fis-sliem. Nirringrazzjawk tas-servizz tiegħek tul is-snin!

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI