15-il Lokalità Ħa Jesperjenzaw Qtugħ Fil-Provvista Tal-Elettriku Mil-Lum Sa Nhar Il-Ħadd!

B’kollox 15-il lokalità se jkunu affettwati minn qtugħ ta’ dawl ippjanat għal din il-ġimgħa. B’xorti tajba, l-Enemalta ppubblikat lista sħiħa tal-lokalitajiet differenti kollha li se jesperjenzaw qtugħ tad-dawl sabiex kulħadd ikun jista’ jippjana bil-quddiem.

Dan ma jfissirx li kull triq fil-lokalitajiet li ġejjin se tkun affettwati mill-qtugħ tad-dawl peress li se jinqata’ biss id-dawl ta’ numru magħżula ta’ toroq. Dawn ix-xogħlijiet ta’ manutenzjoni jsiru regolarment biex jiġi żgurat li l-grid nazzjonali tal-elettriku topera b’mod sigur.

L-Erbgħa, 27 ta’ Settembru:

  • Birkirkara mis-7:00 sas-13:00
  • San Pawl il-Bahar mit-8:00 sa 12:00
  • In-Naxxar mit-8:30 san-12:30
  • Mosta mill-4:00 sas-18:00
  • Ħaż-Żabbar mill-11:00 sal-16:30
  • Ħal Balzan mit-8:00 sas-18:00
  • Fgura mis-7:00 sal-22:30
  • Rabat mid-9:00 sas-18:30

Il-Ħamis, 28 ta’ Settembru:

  • L-Imġarr mill-4:00 sad-9:00
  • Pieta mis-6:00 sat-15:00
  • Siġġiewi mis-6:30 sa 12:00
  • Rabat mis-7:00 sas-14:00
  • Hal-Luqa mit-8:00 sas-13:00
  • Birkirkara mis-7:00 sa 12:00
  • Santa Venera mis-7:00 sa 12:00

Il-Ġimgħa, 29 ta’ Settembru:

  • Qrendi mis-7:00 sa 12:00

Is-Sibt, 30 ta’ Settembru:

  • L-Imsida mis-7:00 sas-13:00

Dawn huma t-toroq kollha effettwati.

Jekk tixtieq tiġi aġġornat permezz ta’ SMS kull meta xogħlijiet ta’ manutenzjoni tal-Enemalta jkunu qed jaffettwaw it-triq tiegħek, ibgħat in-numru tal-karta tal-identità tiegħek lill-kumpanija fuq +356 7905 2492. Dan is-servizz jaħdem biss jekk diġà għandek kont mal-Enemalta.







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI