Il-paġna ta’ Saħħa għadha kif ħabbret li fl-24 siegħa li għaddew instabu 156 każ ġdid. Il-paġna żvelat ukoll li 148 persuna fiequ mill-Covid-19 f’Malta. B’hekk l-ammont totali ta’ każi pożittivi issa huwa ta’ 2,435.
It-total ta’ każijiet li kellna s’issa jammonta għal 20,563. Il-paġna żvelat ukoll li tul dawn l-aħħar 24 siegħa,ħadd ma tilef ħajtu kawża tal-Covid-19. Dan ifisser li t-total ta’ mwiet huwa ta’ 301.
Sal-bieraħ ingħataw 59,702 doża tat-tilqima kontra l-Covid-19, b’19,199 jingħataw it-tieni doża.