Il-paġna ta’ Saħħa għadha kif ħabbret li fl-24 siegħa li għaddew instabu 156 każ ġdid. Il-paġna żvelat ukoll li 184 persuna fieqet mill-Covid-19 f’Malta. B’hekk l-ammont totali ta’ każi pożittivi issa huwa ta’ 2,340.
It-total ta’ każijiet li kellna s’issa jammonta għal 19,945. Il-paġna żvelat ukoll li tul dawn l-aħħar 24 siegħa, tilfu ħajjithom żewġ persuni oħra kawża tal-Covid-19. Dawn kienu mara ta’ 97 u raġel ta’ 82 sena. Dan ifisser li t-total ta’ mwiet huwa ta’ 295.
Sal-bieraħ ingħataw 51,641 doża tat-tilqima kontra l-Covid-19, b’16,265 jingħataw it-tieni doża.