Illum Lynn Faure (magħrufa bħala Chircop) u r-raġel tagħha Antoine jagħlqu 16-il sena miżżewġin.
F’din il-ġurnata speċjali, Lynn kitbet ftit kliem profondi lir-raġel tagħha fejn irrimarkat is-snin li għaddew mimlija emozzjonijiet, ammirazzjoni profonda u ħeġġa biex flimkien jaqsmu u jesprimu l-ħsibijiet tagħhom.
Lynn tistqarr ukoll li l-imħabba tagħha għal Antoine qatt ma hi biżżejjed għaliex jum wara l-ieħor, l-entużjażmu u d-determinazzjoni sabiex iħobb aktar, dejjem jaqbeż l-aspettazzjonijiet tagħha.
Iż-żwieġ ta’ Lynn u Antoine kważi jaħbat ma’ ġurnata speċjali oħra, għaliex bħal għada fl-10 t’Awwissu, Lynn tiċċelebra wkoll għeluq snina!
Lynn irrapreżentat lil Malta fil-Eurovision Song Contest 2003 b’To Dream Again.
B’hekk nawguraw kemm lil Lynn f’għeluq snina, u kemm lilha u r-raġel tagħha Antoine fl-anniversarju tagħhom.
Facebook / @faurelive