Il-paġna ta’ Facebook tal-Awtorità tas-Saħħa, ippubblikat iċ-ċifri tal-lum. Malta rreġistrat 164 każ ġdid tal-Covid-19 wara li fl-aħħar 24 siegħa saru 2,873 test. Il-gżejjer irreġistraw 165 irkupru ieħor, u b’hekk l-ammont totali ta’ rkupru tela’ għal 16,811 u n-numru ta’ każijiet attivi niżel għal 2,398.
Minn meta faqqgħet il-pandemija, Malta rreġistrat 19,497 każ u wettqet 648,516 test. Malta rreġistrat żewġt imwiet matul l-aħħar 24 siegħa. It-total ta’ mwiet f’Malta jammonta għal 288.
Il-post innota wkoll li sal-bieraħ, 9 ta’ Frar, 46,344 doża ta’ vaċċin ġew amministrati lil diversi persuni fil-gżejjer. 13,820 minn dawn kienu t-tieni dożi.