Shezneia Attard, it-tfajla ta’ 13-il sena li kitbet ktieb b’risq Puttinu Cares, illejla se tkun mistiedna għal intervista waqt il-programm Sajf Ma’Gaffiero.
Illum Gaffiero, fuq il-paġna uffiċjali Ma’Gaffiero esprima l-ħerqa tiegħu biex jitkellem ma’ Shezneia u ddeskrivieha bħala tfajla brava. Minkejja l-età żgħira tagħha, Shezneia diġà spikkat għall-inizjattiva sabiħa tagħha li permezz tagħha għażlet li tuża l-kitba biex tagħti sehemha b’risq Puttinu Cares.
Din id-darba, is-semmiegħa se jkollhom l-opportunità jisimgħu aktar mingħand Shezneia stess waqt l-intervista tal-lejla. Sajf Ma’Gaffiero se jixxandar illejla bejn l-10pm u s-2am.
Nawguraw lil Shezneia intervista mill-isbaħ!
Fb/ Ma’ Gaffiero