Waqt il-funeral ta’ Josephine Pavia, li ħalliet din id-dinja fis-7 ta’ Ġunju, inġabret is-somma sabiħa ta’ €1,250 b’risq Puttinu Cares minflok fjuri.
Puttinu Cares qasmu din l-aħbar fuq il-midja soċjali, fejn fakkru lil Josephine u wasslu l-kondoljanzi tagħhom lill-familja u l-ħbieb tagħha.
Id-donazzjoni ta’ €1,250 se tkun qed tgħin fil-ħidma importanti li twettaq Puttinu Cares mal-pazjenti u l-familji tagħhom.
Ġest ta’ solidarjetà bħal dan huwa mod mill-isbaħ kif il-memorja ta’ persuna għażiża tista’ tibqa’ ħajja filwaqt li fl-istess ħin tkun t'għajnuna kbira lil dawk kollha li għandhom bżonnha.
Fb/ Puttinu Cares