“18-il Sena Mimlija Tlugħ U Nżul” – Raisa Brincat Newell F’Għeluq Snin Binha Zyas

Zyas My Trio

Raisa Brincat Newell wasslet messaġġ emozzjonanti lil binha Zyas f’għeluq it-18-il sena tiegħu, fejn ħarset lura lejn il-vjaġġ li għadda minnu.

Hi fakkret fl-isfidi u l-bidliet li ffaċċjaw, fosthom li marru jgħixu f’sitt djar differenti, iżda saħqet li minkejja kollox binha dejjem wera paċenzja, fehim u mħabba lejha.

Raisa stqarret li l-aktar ħaġa importanti għalih qatt ma kienet xi rigal jew ġid materjali, iżda l-ħin u l-mumenti li qattgħu flimkien.

Ommu esprimiet, "Hekk kif tidħol fl-età adulta, nawguralek saħħa, imħabba bla tarf, ħafna gowls x’tiskorja (kemm fil-grawnd tal-futbol kif ukoll barra minnu), opportunitajiet sbieħ u, fuq kollox, hena."

Il-messaġġ tagħha ntemm b’kelmtejn mill-qalb: "Inħobbok Zyas!"

Nawgurawlu!

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI