Il-membru parlamentari Paula Mifsud Bonnici kitbet dwar ġurnata speċjali, hekk kif missierha qed jiċċelebra għeluq sninu. Illum għalaq l-età sabiħa ta' 92 sena.
"Awguri minn qalbna lil missierna hekk kif illum jagħlaq 92 sena! Nistgħu ngħidu li din is-sena kienet sena li ġabet magħha l-isfidi tagħha, iżda minkejja kollox nibqgħu nħarsu 'l quddiem għal ħafna aktar snin flimkien, mimlijin imħabba, rispett, għaqda u perseveranza."
Awguri mill-qalb lil missier Paula! Nawgurawlu ħafna saħħa, hena u dak kollu li tixtieq qalbu.