Fr. Martin Micallef, tista' tgħid li hu wiċċ sinonimu mad-Dar tal-Providenza. Tul is-snin hu għen tant u tant familji u residenti f'din id-dar, kif ukoll ħadem bla waqfien biex jagħmel dak kollu li hu possibbli biex jiġbor il-fondi għal din id-dar.
Hu twieled f'Ħal Luqa fl-10 ta’ Novembru 1967 u sentejn ilu f’isem Id-Dar tal-Providenza, irċieva l-Premju taċ-Ċittadin Ewropew tal-2021 għal Malta f’ċerimonja ta’ premjazzjoni fi Brussell. Unur li żgur jixraqlu u li tant ħaqqu.
F'Settembru tal-1987 li Fr Martin Micallef daħal fis-Seminarju biex jibda jipprepara għas-saċerdozju. Hu ġie ordnat djaknu fil-25 ta’ Novembru tal-1994 u sar saċerdot fil-5 ta’ Lulju tal-1996. Fl-1 ta' Ottubru tal-2008 hu nħatar Direttur ta’ Id-Dar tal-Providenza.
Fost dawk li awgurawlu kienu mid-Dar tal-Providenza, "Awguri Fr Martin f'għeluq sninek." F'isem it-tim ta' Gwida.mt, nawguraw lil Fr. Martin l-isbaħ xewqat f'dan il-jum.