Illum Maria La Barokka Muscat qed tiċċelebra għeluq sninha u għal din l-okkażjoni għażlet li taqsam messaġġ mill-qalb, mimli gratitudni lejn Alla u lejn dawk kollha li dejjem urewha mħabba u rispett.
Maria, li matul is-snin sirna nafuha bħala preżentatriċi, ġurnalista u kantanta, kitbet, "Grazzi Mulej li wassaltni s’hawn. Kemm napprezza li sa issa għadni hawn. Grazzi lilkom tal-awguri li bgħattuli u grazzi tar-rispett."
F’jum twelidha, Maria għażlet ukoll li tieqaf għal ftit biex tirringrazzja lil Alla għall-vjaġġ tagħha s’issa. "Illum xieraq nieqaf ftit u f’jum twelidi nuri gratitudni lejn Alla l-imbierek. Grazzi ta’ kemm tħobbuni," temmet tgħid.
Messaġġ sempliċi iżda sinċier minn Maria f’ġurnata tant speċjali għaliha. F’isem it-tim kollu ta’ Gwida.mt, nawguraw lil Maria l-isbaħ xewqat f’għeluq sninha u sena oħra mimlija saħħa, imħabba u ħafna mumenti sbieħ. Awguri Maria!
Facebook / Maria La Barokka Muscat