Illum hija ġurnata speċjali għall-Arċipriet Rev. Albert Buhagiar hekk kif qed jiċċelebra għeluq sninu. F’din l-okkażjoni, il-Parroċċa ta’ Ħaż-Żebbuġ qasmet messaġġ sabiħ fejn, apparti li awguratlu f’dan il-jum, irringrazzjatu wkoll għall-ħidma li jwettaq fi ħdan il-komunità.
"Illum nawguraw mill-qalb lill-Arċipriet Rev. Albert Buhagiar f'għeluq sninu! Filwaqt li nirringrazzjawh tal-ħidma tiegħu fostna, inżommuh fit-talb tagħna biex il-Mulej ikompli jagħtih id-dehen u l-għajnuna biex imexxi l-merħla tiegħu," kitbet il-Parroċċa ta’ Ħaż-Żebbuġ fil-messaġġ tagħha.
Żgur li ma’ dawn l-awguri jingħaqdu bosta Żebbuġin u persuni oħra li tul is-snin kellhom l-opportunità li jsiru jafuh u japprezzaw il-ħidma pastorali tiegħu. F’isem Gwida.mt, nawguraw lill-Arċipriet Rev. Albert Buhagiar l-isbaħ xewqat f’għeluq sninu u aktar snin mimlija saħħa, ferħ u ħidma fi ħdan il-komunità.
Facebook / Albert Buhagiar