Il-Qorti ordnat lill-persuni involuti fil-paġna Unstoppable Family biex jieqfu jippubblikaw kontenut dwar il-kawża tagħhom għall-kustodja tat-tfal li għadha għaddejja, wara li ddeċidiet li aktar xandir jista’ jikkawża “preġudizzju serju” liż-żewġt itfal involuti.
Fis-sentenza l-Imħallef qal li l-pubblikazzjonijiet kienu qed jesponu informazzjoni personali sensittiva, inklużi ritratti, dettalji tal-proċeduri u l-identità tal-persuna li qed tieħu ħsieb lit-tfal, b’riskju ta’ konsegwenzi fit-tul.
Madankollu, il-Qorti ċċarat li l-ordni ma twaqqafx lill-ġenituri milli jikkritikaw lill-awtoritajiet jew jappellaw għal bidliet fil-liġi, iżda tipprojbixxi milli jkomplu jippubblikaw informazzjoni relatata mal-każ tat-tfal tagħhom.
Jidher li l-Qorti rrifjutat milli tordna t-tneħħija ta’ kontenut li diġà kien ġie ppubblikat.