Jinġabru €25,000 Lir-Raġel Li Tilef Siequ Fl-Ewwel Ġurnata Tax-Xogħol Il-Ġdid Tiegħu

Madwar xahrejn ilu, Maurice Galea ta' 57 sena safa vittma ta' inċident fit-toroq ta' Tas-Sliema li wasslu sabiex jitlef saqajh ix-xellugija. Dakinhar tal-inċident, Maurice kien ferħan se jtir hekk kif kien se jibda xogħol ġdid.

Madankollu, bis-saħħa ta' żewġ uffiċjali tal-pulizija li kienu pronti waqfu jagħtuh l-għajnuna meħtieġa, hu salva. Ftit jiem ilu, Maurice kellu wkoll l-opportunità li jiltaqa' u jirringrazzja wiċċ imb wiċċ lil dawn iż-żewġ eroj.

Hekk kif għal Maurice issa ġejjin xhur ta' rijabilitazzjoni li se jġibu magħhom realtà ta' diffikultajiet finanzjarji, il-familjari tar-raġel ta' 57 sena appellaw għall-għajnuna tal-pubbliku. Dalgħodu, it-Times żvelat li l-ġenerożità tal-pubbliku ma naqsitx, u fil-fatt inġabret is-somma ta' €25,000 għal Maurice.

Għal dawk li jixtiequ jgħinu lil Maurice, il-familja preparat żewġ kontijiet fejn wieħed jista' jagħmel dan - permezz tal-BOV App fuq 79900727 jew permezz ta' Revolut fuq 99778926 / 79900727.

Ritratti:

Facebook / The Malta Police Force

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI