L-attriċi lokali Kim Dalli qed tiċċelebra għeluq sninha llum. Matul il-karriera tagħha, Kim kisbet rispett kbir fix-xena artistika lokali kemm fuq it-televiżjoni u fuq it-teatru.
Kim hi magħrufa l-aktar għall-irwoli tagħha fis-sensiliet televiżivi Evanġelisti, Deċeduti, Strada Stretta u L-Għarusa, filwaqt li ħadet sehem ukoll f’numru ta’ produzzjonijiet teatrali.
Barra mill-interpretazzjoni, żviluppat ukoll karriera bħala riċerkatriċi u kittieba, b’passjoni partikolari lejn l-istorja tan-nisa Maltin, li wasslitha biex taħdem fuq il-produzzjoni dokumentarja The Women of George Cross Island.
Awguri mill-qalb Kim!
Facebook/ Kim Dalli