“Grati Immens Lejn Kull Min Emmen Fina U Tana L-Appoġġ Biex Ilbieraħ Erġajna Konna Fuq Dak Il-Palk Tant Prestiggjuż” – Antonella Galea Lofreda

Antonella Galea Lofreda

Wara s-suċċess tal-50 edizzjoni ta' L-Għanja tal-Poplu, il-preżentatriċi Antonella Galea Loffreda qasmet messaġġ mimli emozzjoni u gratitudni fuq il-midja soċjali.

Hi rringrazzjat lil kull min bagħtilha messaġġi u kummenti ta' apprezzament, filwaqt li qalet li l-akbar sodisfazzjon tagħha u ta' sħabha huwa li x-xogħol tagħhom intlaqa' tajjeb u li rnexxielhom inisslu tbissima fuq wiċċ il-pubbliku.

Saħqet li dan huwa l-isbaħ premju għal kull min jaħdem b'dedikazzjoni fuq produzzjoni ta' dan il-livell.

Antonella esprimiet ukoll il-gratitudni tagħha lejn dawk kollha li emmnu fiha u tawha l-appoġġ biex għal darb'oħra setgħet titla' fuq il-palk prestiġjuż tal-festival.

"Grati immens lejn kull min emmen fina u tana l-appoġġ tiegħu biex ilbieraħ erġajna konna fuq dak il-palk tant prestiġjuż u għal qalbna. Grazzi lilek Joseph li dejjem jirnexxielek toħroġ l-aħjar minni. Ringrazzjament speċjali lil min ħa ħsieb id-dehra tagħna."

Fl-aħħar tal-messaġġ tagħha, Antonella sellmet lill-ħaddiema kollha minn wara l-kwinti, lill-udjenza li ċċelebrat din l-okkażjoni flimkien mal-artisti, u awgurat lir-rebbieħa tal-edizzjoni.

Temmet il-kitba tagħha b'messaġġ sempliċi iżda sinifikanti: "Grazzi tal-mużika", bħala ġest ta' apprezzament lejn kull min ta sehmu biex din il-50 edizzjoni ta' L-Għanja tal-Poplu tibqa' waħda memorabbli.

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI