Il-Kunsill Lokali Tas-Swieqi Jħabbar Il-Mewt Ta’ Mr. Paul Fenech

Paul Fenech

B’sogħba kbira u niket profond, Is-Swieqi Local Council ħabbar il-mewt ta’ Mr Paul Fenech, li ħalla din id-dinja dalgħodu fl-Isptar Mater Dei.

Il-Kunsill iddeskrivieh mhux biss bħala Kunsillier dedikat, iżda wkoll bħala kollega stmat u ħabib veru li matul is-snin ta’ kontribut importanti għal-lokalità tas-Swieqi, b’mod partikolari fil-qasam tal-Arti u l-Kultura.

Fi stqarrija, il-Kunsill qal li l-passjoni, l-impenn u l-viżjoni tiegħu ħallew impatt pożittiv u dejjiemi fuq il-komunità.

“F’isem is-Sindku, il-Kunsilliera, is-Segretarju Eżekuttiv, u l-istaff kollu tal-Kunsill, nestendu l-kondoljanzi sinċieri tagħna lill-familja u l-maħbubin tiegħu matul dan iż-żmien diffiċli. Grazzi, Sur Fenech, għas-servizz, il-ħbiberija, u d-dedikazzjoni tiegħek lejn il-lokalità tagħna. Il-wirt tiegħek jibqa’ magħna.

Ġie mfakkar ukoll għall-għerf, il-gwida u d-dedikazzjoni kontinwa tiegħu lejn il-lokalità u lejn dawk kollha li ħadmu miegħu.

Id-dettalji għall-funeral tiegħu se jitħabbru mill-familja fil-jiem li ġejjin. Strieħ fis-sliem Mr. Paul Fenech.







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI